Jindarab serjament wara li waqa’ minn fuq sellum f’Tas-Sliema

Raġel indarab serjament wara li aktar kmieni għall-ħabta tat-3:00 p.m kien involut f’inċident li seħħ fi Triq il-Lunzjata f’Tas-Sliema.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li raġel ta’ 63 sena residenti fl-istess lokalità kien waqa’ minn fuq sellum. Fil-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tim mediku li taw l-ewwel għajnuna. Issejħet ukoll ambulanza li ħadet lir-raġel lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Share With: