Jingħalaq l-akbar suq tal-ikel f’Beijing… numru ta’ każi ta’ Coronavirus fost il-ħaddiema

L-akbar suq tal-ikel f’Beijing kellu jingħalaq mill-awtoritajiet wara li ġew identifikati numru ta’ każi ta’ Coronavirus fost il-ħaddiema. 

Is-suq ta’ Xinfadi, li jinsab fil-belt kapitali Ċiniża u li fih hemm mal-4,000 bejjiegħ, ġie magħluq dalgħodu wara li nstabu seba’ każi fl-aħħar jumejn. 

Dawn kienu l-ewwel każi trażmessi lokali li ġew ikkonfermati f’Beijing fl-aħħar 50 ġurnata. 

Is-suq u l-inħawi tal-madwar se jiġu diżinfettati. 

Share With: