Jisplodi trakk fiċ-Ċina u jħalli 19-il vittma u għexieren midrubin

Bawżer li sploda fix-Xlokk taċ-Ċina ħalla 19-il vittma u aktar minn 170 persuna midrubin.

Jidher li l-bawżer kien qed iġorr fjuwil tat-tip LNG meta sploda fil-provinċja ta’ Zhejiang. L-awtoritajiet qed jinvestigaw x’seta’ kkawża dan l-inċident. Skont rapporti li nxterdu fil-midja, it-tieni splużjoni seħħet wara li t-trakk spiċċa fuq fabbrika fil-viċin.

Id-deputat Sindku Zhu Minglian qal li aktar minn 2,600 membru tas-salvataġġ ntbatu fil-post bil-għan li jiġu salvati kemm jista’ jkun ħajjiet.

Share With: