Johnson & Johnson b’pass aktar mgħaġġel biex tittestja dak li jista’ jkun il-vaċċin kontra l-COVID-19

Il-kumpanija Johnson & Johnson ħabbret li qiegħda tgħaġġel biex tittestja l-potenzjal vaċċin tagħha għall-COVID-19. Spjegat li t-testijiet kliniċi mistennija jibdew fit-tieni parti ta’ Lulju. 

Filwaqt li t-testijiet kliniċi kellhom jibdew f’Settembru, issa se jkunu qed jibdew f’nofs Lulju. 

Jidher li mill-informazzjoni li kisbu u anke mil-laqgħat li kellhom mal-awtoritajiet tas-saħħa waslu biex iħaffu l-iżvilupp kliniku tal-vaċċin.

Min-naħa l-oħra, qegħdin jagħmlu sħab ma’ bosta msieħba globali li lesti jinvestu fil-produzzjoni u l-manifattura tal-vaċċin. L-għan tal-kumpanija hu li tipprovdi l-vaċċin lid-dinja u tipproteġi lin-nies kollha minn din il-pandemija.   

Share With: