Jordan Henderson ifaħħar lil Jurgen Klopp

Il-captain ta’ Liverpool,  Jordan Henderson, faħħar il-kwalitajiet tal-coach Jurgen Klopp. Il-midfielder ta’ 30 sena sostna li Klopp hu coach li dejjem ifassal is-sessjonijiet ta’ taħriġ bl-akbar reqqa filwaqt li għaaandu l-mod tiegħu kif jagħti l-kuraġġ kollu meħtieġ lill-players tiegħu.

Henderson qal li jispera ħafna li dan il-coach Ġermaniż jibqa’  għal ħafna aktar snin f’Anfield  minħabba li jixtieq ikompli dan il-proġett taħt il-gwida teknika tiegħu.

Hu qal li Klopp beka ħafna fis-sigħat ta’ wara r-rebħ tal-kampjonat u dan kollu kien ġej mill-emozzjoni li għandu mhux biss għat-team iżda wkoll għall-partitarji ta’ Liverpool li daħlu f’qalbu.

Anke Henderson iddedika dan il-kampjonat għall-partitarji akkaniti tagħhom li kienu ilhom jistennew 30 sena qabel ma setgħu jiċċelebraw.

Share With: