Jorginho ma’ Juventus?

L-attakkant internazzjonali Taljan Jorginho u l-coach ta’ Juventus Maurizio Sarri ilhom ma jitkellmu għal dawn l-aħħar 12-il xahar sa minn meta dan tal-aħħar telaq lil Chelsea.

Jorginho qed jissemma’ li jista’ jingħaqad ma’ Juventus matul l-istaġun li ġej għalkemm l- player jidher li ssettilja sew fil-belt kapitali Ingliża. Huwa għandu relazzjoni tajba mal-coach Frank Lampard filwaqt li seraq ukoll il-qlub tal-partitarji ta’ Chelsea.

Minkejja kollox, jekk Juventus joħorġu b’offerta attraenti, jistgħu jattiraw l-attenzjoni tal-ex player ta’ Napoli li skorja sitt goals fi 63 partita milgħuba mal-Blues.

Fl-istess waqt Jorginho jaf ikun is-sostitut ideali ta’ Miralem Pjanic, Federico Bernardeschi jew Douglas Costa li mistennija jitilqu liċ-champions Taljani.

Share With: