Kaka u Zlatan Ibrahimovic ma’ Monza?

L-ex president ta’ AC Milan Silvio Berlusconi qed jippjana li jakkwistaw liż-żewġ eks-players tiegħu Ricardo Kaka u Zlatan Ibrahimovic sabiex imorru jilagħbu ma’ Monza Calcio. Dawn tal-aħħar ġew promossi għas-Serie B wara staġun brillanti fejn rawhom protagonisti tas-sezzjoni tagħhom fis-Serie C. Huma kienu ilhom f’din id-diviżjoni għal 20 sena sħaħ.

Berlusconi huwa s-sid il-ġdid ta’ dan il-club u għandu proġetti kbar għalihom fit-tentattiv li jtellagħhom mal-aqwa timijiet Taljani. Berlusconi qal li se jħajjar lil Ibrahimovic jiġi magħhom filwaqt li Kaka, li rtira fis-sena 2017, jiġi jagħti ftit mill-esperjenza tiegħu u saħansitra jirritorna jilgħab il-logħba ta’ tant iħobb.

Dawn iż-żewġ players leġġendarji jistgħu jaċċettaw l-offerta ta’ Berlusconi li flimkien mal-kollega Adriano Galliani jixtiequ jirrepetu dak li għamlu ma’ Milan lura fis-snin.

Share With: