Każ ġdid ta’ Covid-19; Il-każi attivi jinżlu għal 73 hekk kif jirkupraw tliet persuni oħrajn

Mill-597 swab test li saru matul l-aħħar 24 siegħa rriżulta każ wieħed ġdid ta’ persuna li ġiet infettata bil-Covid-19. B’hekk it-total kumplessiv ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19 tela’ għal 619-il persuna.

Intant matul l-istess perjodu kien hemm tliet każijiet ta’ persuni li rkupraw mill-virus, biex b’hekk il-każi attivi komplew jinżlu għal 73.

Share With: