Kelba mimlija dmija, aktarx feruta fi ġlied tal-klieb, tqanqal rabja fost min għandu għal qalbu l-annimali

“Mhux il-mod kif xtaqna nibdew il-ġimgħa.” Dan huwa l-messaġġ ippubblikat fuq il-paġna tal-attivista favur id-drittijiet tal-annimali “I will not go away – Alison Bezzina”, hekk kif ippubblikat ritratti ta’ kelma mimlija dmija li aktarx kienet involuta fi ġlied illegali tal-klieb.

L-attivista kitbet li “qed nistennew rapport mediku mill-Animal Welfare dwar il-kelb. L-ewwel sinjali, għalkemm nistgħu nkunu żbaljati, jidhru qishom li kienet involuta fi ġlieda tal-klieb. Ġejt ukoll ikkuntattjata minn xi nies fejn sostnew li din it-triq hija “magħrufa” għall-ġlied bejn il-klieb.”

Ir-ritratti tal-kelba qajmu rabja fost min għandu għal qalbu l-annimali, u saħqu li jeħtieġ li l-awtoritajiet jużaw id tal-ħadid fil-konfront ta’ min iġelled annimali.

Share With: