Kompożitur ta’ kanzunetti reliġjużi akkużat bi vjolenza sesswali u manipulazzjoni sesswali

David Haas, kompożitur ta’ diversi kanzunetti magħrufin użati fil-liturġiji Kattoliċi, safa fil-mira ta’ kritika ħarxa wara li ġie akkużat bi vjolenza sesswali u manipulazzjoni spiritwali.

L-akkużi miġjubin fil-konfront tiegħu anke wasslu biex jitwaqqaf kuntratt ta’ sponsorship u pubblikar minn GIA Publications, li f’kumment fuq il-midja soċjali qalu li saru konxji tal-allegazzjonijiet fil-konfront ta’ Haas aktar kmieni din is-sena. GIA qalu li waqqfu l-appoġġ finanzjarju lill-kompożitur f’Jannar li għadda.

Haas, ta’ 63 sena, huwa magħruf għad-diversi kanzunetti reliġjużi tiegħu fosthom“Glory to God,” “You are Mine,” “We are Called,” u “Blest are They”.

Intant il-midja Amerikana ppubblikat kummenti li saru minn waħda mill-allegati vittmi ta’ Haas, li qalet li Haas kien ta fastidju sesswali u ġiegħelha tbusu waqt kungress ta’ edukazzjoni reliġjuża li kienet qed tiżvolġi f’Los Angeles.

Share With: