L-aħħar preparamenti hekk kif ftit sigħat oħra l-ajruport jerġa’ jibda jieħu l-ħajja

F’ritratt mill-isbaħ, l-Air Malta tat ħjiel ta’ dawk li huma l-aħħar preparamenti hekk kif minn għada l-ajruport jerġa’ jieħu l-ħajja mill-ġdid hekk kif jibdew joperaw numru ta’ titjiriet.

L-Air Malta, f’ritratt ta’ wieħed mill-impjegati tagħha jikxef il-magni ta’ wieħed mill-ajruplani tagħha qalet li wasal iż-żmien biex il-flotta tagħha terġa’ tibda ttir mill-ġdid.

L-ajruport ta’ Malta għalaq fil-21 ta’ Marzu li għadda hekk kif ftit ġimgħat qabel feġġ l-ewwel każ tal-COVID-19 f’pajjiżna. 

Il-pajjiżi li se jkunu qed jibdew joperaw minn għada huma l-Ġermanja, l-Awstrija, l-Italja, Ċipru, l-Iżvizzera, Franza, Spanja, il-Polonja, l-Iżlanda, is-Slovakkja, in-Norveġja, id-Danimarka, l-Ungerija, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Litwanja, il-Latvja, l-Estonja, il-Lussemburgu u r-Repubblika Ċeka, il-Greċja u l-Kroazja.

Għall-ewwel kien hemm reġjuni fl-Italja, Franza u Spanja li s-safar lejhom kien projbit imma dawn tneħħew. Għall-kuntrarju l-Iżrael kien inkluż fl-ewwel lista imma tneħħa wara li żdiedu l-każijiet fil-pajjiż. 

Fil-15 ta’ Lulju l-ajruport se jkun qed jiftaħ għad-destinazzjonijiet l-oħra kollha.

Share With: