L-awtoritajiet Ġermaniżi għamlu 30 sena jpoġġu tfal ma’ pedofeli għax kienu jassumu li huma foster parents ideali

Sa mis-snin sebgħin, il-professur tal-psikoloġija Helmut Kentler kien imexxi dan l-esperiment, fejn tfal bla dar fil-Punent ta’ Berlin kienu jitpoġġew b’mod intenzjonali ma’ rġiel pedofeli. Kentler kien jargumenta li dawn l-irġiel setgħu jkunu foster parents li jħobbuhom ħafna. 

Studju li sar mill-Università ta’ Hildesheim sab li l-awtoritajiet Ġermaniżi aċċettaw dan l-istudju għal kważi 30 sena. Fil-fatt, jirriżulta li dawn il-pedofeli kienu anke jieħdu benefiċċju għall-kura li kienu jipprovdu.     

Helmut Kentler kellu pożizzjoni ewlenija fiċ-ċentru tar-riċerka edukattiva ta’ Berlin. Hu kien konvint li l-kuntatt sesswali bejn l-adulti u t-tfal ma kienx ta’ ħsara. Min-naħa l-oħra, l-uffiċċji tal-benesseri tat-tfal u s-Senat kienu jagħlqu għajnejhom jew anke japprovaw li t-tfal jitpoġġew ma’ dawn il-pedofeli. 

Imbagħad snin ilu, tnejn mill-vittmi kienu resqu ‘l quddiem u rrakkontaw l-istorja tagħhom. Minn hemm, ir-riċerkaturi fl-Università ta’ Hildesheim bdew ifittxu fil-files u għamlu intervisti, li permezz tagħhom skoprew netwerks f’diversi istituzzjonijiet edukattivi, fl-uffiċċju tal-benesseri tat-tfal u fis-Senat ta’ Berlin, fejn il-pedofelija kienet aċċettata, appoġġjata u difiża. 

Kentler innifsu kien f’kuntatt regolari mat-tfal u mal-missirijiet li jagħmlu fostering. Hu qatt ma ġie akkużat u sakemm il-vittmi tiegħu resqu ‘l quddiem, ma setgħux jittieħdu aktar azzjonijiet. B’hekk, il-vittmi lanqas ma setgħu jieħdu xi forma ta’ kumpens. 

Ir-riċerkaturi sabu li diversi missirijiet li jagħmlu fostering kienu akkademiċi ta’ profil għoli. 

Share With: