L-ebda każ ġdid ta’ coronavirus; Jirkupraw tliet persuni

L-ebda każ ġdid ta’ persuni infettati bil-Covid-19 ma kien irreġistrat fl-aħħar 24 siegħa mit-852 swab test li saru. Fl-istess waqt irkupraw tliet persuni biex l-ammont ta’ każi attivi issa jammonta għal 41 każ.

Intant minn Marzu li għadda ’l hawn in-numru kumplessiv tal-każi ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19 jammonta għal 663.

Il-Ministeru għas-Saħħa intant qal li 12-il pazjent qed jirċievu kura fi sptarijiet: wieħed fl-Isptar Mater Dei, sebgħa fl-Isptar St Thomas, u erba’ pazjenti oħrajn fl-Isptar Boffa.

Share With: