L-Eġittu tipprepera l-armata biex tintervjeni fil-Libja jekk ikun meħtieġ

Il-President Eġizzjan Abdel Fattah al-Sisi qal li l-Eġittu għandha dritt leġittimu li tintervjeni fil-pajjiż ġar tagħha, il-Libja, u ordna lill-armata tal-pajjiż biex tkun għal-lest biex twettaq missjonijiet militari barra mill-pajjiż jekk ikun meħtieġ.

Il-kummenti ta’ Sisi waslu fost eskalazzjoni fit-tensjoni fir-reġjun wara l-intervent tat-Turkija fil-Libja. Huwa wissa wkoll lil qawwiet leali lejn il-Gvern Libjan ibbażat fi Tripli li huwa rikonoxxut min-Nazzjonijiet Uniti biex ma ma jaqsmux il-fruntiera mat-territorju fil-Lvant tal-pajjiż li jaqa’ taħt il-kontroll tal-ġeneral Khalifa Haftar.

It-turija ta’ appoġġ tat-Turkija fil-konfront tal-Gvern Libjan ibbażat fi Tripli biddel il-kors tal-ġlied li ilu għaddej għal dawn l-aħħar 14-il xahar mill-qawwiet ta’ Haftar fuq Tripli. Haftar huwa appoġġjat mir-Russja, l-Emirati Għarab magħqudin u l-Eġittu.

“Kunn intervent dirett mill-istat Eġizzjan issa akkwiżixxa leġittimità internazzjonali,” saħaq Sisi wara li spezzjona lil unitajiet militari f’bażi tal-ajru viċin il-fruntiera mal-Libja.

Huwa qal li l-Eġittu għandha kull dritt li tiddefendi lilha nfisha wara li rċeviet “theddid dirett” minn milizji terroristi u merċenarji li huma appoġġjati minn pajjiżi barranin.

Huwa żied jgħid li l-għan ta’ kwalunkwe intervent militari se jkun li jipproteġi l-fruntiera tal-Punent tal-Eġittu bil-għan li jintlaħaq waqfien mill-ġlied u terġa’ tiġi restawrata l-istabbilità u l-paċi fil-Libja.

Share With: