L-eks-PM Franċiż François Fillon u martu jinstabu ħatja b’rabta ma’ impjieg fażull

L-eks-Prim Ministru Franċiż Francois Fillon u martu Penelope ngħataw sentenzi ta’ priġunerija wara li nstabu ħatja fir-rigward ta’ impjieg fażull.

Il-politiku instab ħati li ħallas lil martu €1.156 miljun għal xogħol li hija qatt ma għamlet bħala assistenta parlamentari.

Huwa ngħata sentenza ta’ ħames snin priġunerija, bi tlieta minnhom sospiżi. Min-naħa l-oħra Penelope ngħatat sentenza ta’ tliet snin priġunerija sospiżi.

L-iskandlu kien xejjen għal kollox it-tamiet eletorali fl-elezzjoni presidenzjali Franċiża li żvolġiet fl-2017.Kemm Francois u kif ukoll martu appellaw mis-sentenzi mogħtijin.

Share With: