L-FA Ingliża milquta b’mod drastiku mill-coronavirus

L-FA Ingliża kkonfermat li se tkun qed tnaqqas il-postijiet tax-xogħol fi ħdanha hekk kif se jkollha tagħmel tajjeb għal telf finanzjarju ta’ £300 miljun matul l-imxija tal-coronavirus

L-organu li jmexxi l-football Ingliż ma kellux għażla oħra ħlief li jagħmel sett ta’ restrizzjonijiet finanzjarji fost numru ta’ dipartimenti fi ħdanu biex jagħmel tajjeb għat-telf kbir finanzjarju li sofriet l-istess FA matul il-pandemija.

Fil-fatt l-FA Ingliża tinsab fl-aħħar stadju li tapprova miżuri ta’ tnaqqis finanzjarju li jammonta għal £75 miljun.

L-FA ipproponiet li tagħmel 124 pożizzjoni fi ħdanha redundant għalkemm 82 rwol se jiġu affettwati bi 42 vakanza li se jiġu meħuda ‘l-barra mill-istruttura tal-organizzazzjoni.

Iżda budgets finanzjarji ġew protetti – bil-football tan-nisa ikun fost dawn.

Il-kriżi tal-coronoavirus kellha implikazzjonijiet maġġuri fuq il-fooball madwar id-dinja u l-FA kienet fost dawk l-organizzazzjonijiet li l-aktar ġew milquta.

L-ogħla awtoritajiet fi ħdanha qalu li l-pandemija swiethom bejn £100 miljun u £300 miljun.

Biex tagħmel tajjeb għal dan, l-FA kellha tieħu self speċjali mill-bank biex tifrex dan it-telf matul l-erba’ snin li ġejjin.

Minħabba s-somom kbar ta’ flus li huma disponibbli għall-clubs tal-Premier League u ferm inqas flus għall-football tal-grassroots, hemm tama li t-timijiet ta’ fuq mhux se jkollhom daqstant impatt qawwi.

Madankollu, bidliet operazjoni fl-Assoċjazzjoni huma inevitabbli.

Fil-fatt, f’April li għadda ġie żvelat li t-tnaqqis finanzjarju jista’ jħalli impatt ħażin fuq iċ-ċentru nazzjonali tal-football fl-Ingilterra, St George’s Park.

Dan jista’ jfisser li clubs fis-settur taż-żgħażagħ jistgħu jingħaqdu flimkien waqt li bosta coaches ikollhom ix-xogħol tagħhom imur fuq bażi ta’ part-time minn full-time.

Share With: