L-FA Ingliża toħroġ ċifri dwar l-aġenti tal-players

L-assoċjazzjoni tal-football Ingliża għadha kemm tat rendikont kemm kull skwadra li tifforma parti mill-kampjonat Premier Ingliż ħarġet mill-but biex tħallas il-kontijiet lill-aġenti tal-players li jkunu qed jinnegozjaw xi tiġdid fil-kuntratt jew inkella trasferimenti. B’kollox dan kollu jlaħħaq is-somma fenomenali ta’ €290 miljun.

Kienu ċ-champions il-ġodda, Liverpool,  li ħarġu l-aktar flus meta nefqu madwar €32 miljun segwiti minn Manchester City bi €30 miljun filwaqt li Chelsea jinsabu t-tielet li l-aktar nefqu fuq spejjeż ta’ aġenti meta ħarġu mill-but meta nefqu €26 miljun. 

Il-federazzjoni tal-football Ingliża kkalkulat din l-ispiża f’perjodu ta’ sena bejn l-1 ta’ Frar 2019 u l-31 ta’ Jannar 2020.

Share With: