L-intervent f’waqtu ta’ kuntistabbli u persuna oħra jevitaw traġedja

L-intervent f’waqtu ta’ uffiċjal tal-pulizija li ma kienx fis-servizz, flimkien ma’ persuna oħra li inzertat għaddejja mill-post, wassal biex inċident ikrah li seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu u li kien jinvolvi lil żewġ Taljani ma spiċċax fi traġedja. Dan hekk kif wara li l-karozza tat-tip Toyota Auris ħabtet mal-crash barriers tal-konkrit, din inqalbet u nħakmet min-nirien.

Il-kuntistabbli u r-raġel li waqaf jassisti, irnexxilhom joħorġu lill-vittmi mill-karozza u baqgħu jassistu sakemm fuq il-post waslu t-timijiet tal-emerġenza.

Kaġun tal-inċident aktar tard wieħed mit-Taljani kien iċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt, filwaqt li l-ieħor kien iċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ naruta gravi.

Share With: