L-MHRA sodisfatta bil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni tal-Gvern

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti, l-MHRA, esprimiet sodisfazzjon għall-Pjan ta’ Riġenerazzjoni li ġie mħabbar mill-Gvern.

Il-President Tony Zahra qal li dan il-pjan se jikkontribwixxi b’mod effettiv biex is-settur turistiku jerġa’ jmur tajjeb, flimkien ukoll mal-kumplament tal-ekonomija. 

Zahra qal li x-xhur li ġejjin mhux se jkunu faċli, għalkemm qal li l-istimolu ta’ €900 miljun għandhom jgħinu biex tikber il-kunfidenza fis-settur. 

Ma naqasx ukoll milli jfaħħar ix-xogħol li sar mill-Prim Ministru Robert Abela u mill-Ministri li ħadmu fil-qrib mal-MHRA waqt dawn iż-żminijiet diffiċli.

Share With: