L-MIA tilqa’ d-deċiżjoni tal-Gvern għall-ftuħ tal-ajruport

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) laqa’ d-deċiżjoni tal-Gvern li jerġa’ jiftaħ l-ajruport fl-1 ta’ Lulju. 

Fi stqarrija, l-MIA qalet li l-iskeda inizjali tat-titjiriet se tkun limitata għal numru ta’ swieq magħżula, il-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport huwa l-ewwel pass importanti lejn l-industrija lokali tal-avjazzjoni u s-settur turistiku.

Enfasizzat li: “l-kumpanija tħoss li hija l-obbligu tagħha li tkompli tagħti prijorità lis-saħħa u s-sigurtà tal-klijenti u l-impjegati tal-ajruport u tagħti lil dawk li jivvjaġġaw serħan il-moħħ meta jgħaddu mill-ajruport. “

“Għal dan il-għan, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet rilevanti tal-Gvern, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta jinsab fil-proċess li jevalwa mill-ġdid il-vjaġġ għall-passiġġieri u jintroduċi miżuri ta’ mitigazzjoni minn kull fejn jgħaddu l-passiġġieri.”

Waqt li wegħdet li tkompli tagħmel l-almu tagħha biex tiżgura li l-klijenti tal-ajruport ikunu jistgħu jgawdu vjaġġi siguri u pjaċevoli, l-MIA appellat lill-vjaġġaturi prospettivi għall-koperazzjoni tagħhom biex iżommu ambjent sigur f’kull ħin. 

Share With: