L-organizzaturi tal-airshow jippjanaw wirja għal Settembru

Is-Soċjetà Maltija għall-Avjazzjoni (MAS) qalet li qed tagħmel kuntatt ma’ diversi stakeholders u parteċipanti potenzjali fejn qed tinformahom dwar il-possibbiltà li l-airshow ta’ Malta jiżvolġi f’Settembru li ġej.

Filwaqt li qalet li l-esebizzjonijiet ta’ titjiriet se jkunu qed jiżvolġu fit-Tramuntana tal-gżira. Madankollu stqarret li f’dan l-istadju, kaġun tal-pandemija tal-Covid-19, għadu mhux magħruf jekk l-wirja statika hijiex se tkun miftuħa għall-pubbliku.

MAS qalet li se tkun qed tippubblika aktar tagħrif fil-ġimgħat li ġejjin.

Share With: