L-R Factor tal-Ġermanja taqbeż għal 1.79 fost tħassib ta’ tieni mewġa ta’ infezzjonijiet

Ir-rata ta’ riproduzzjoni tal-coronavirus fil-Ġermanja qed tqajjem tħassib dwar it-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet fil-pajjiż. Dan hekk kif il-pajjiż kompla jneħħi l-miżuri ta’ lockdown li daħħal fis-seħħ biex jikkontrolla l-imxija tal-virus.

L-R factor kienet 1.06 nhar il-Ġimgħa li għadda, madnkollu l-awtoritajiet mediċi qed jistmaw li din telgħet għal 1.79 wara numru ta’ infezzjonijiet lokalizzati.

Meta l-R factor jaqbeż il-1 b’mod sostanzjali, allura dan ikun indikazzjoni li l-virus ma jkunx għadu f’livell li jkun qed jiġi kkontrollat.

Din iż-żieda hija attribwita għal ma’ quddiesiet, festini tal-familja, u postijiet tax-xogħol li jaraw diversi ħaddiema f’post wieħed fosthom fabbriki tal-laħmijiet, ċentri tal-loġistika, u xelters għar-refuġjati.

Ir-rata għolja ta’ infezzjnijiet taf twassal biex partijiet mill-pajjiż jerġgħu jispiċċaw taħt lockdown.

R factor ta’ inqas minn 1 normalment tkun indikattiva li l-virus ikun qed jiġu kkontrollat gradwalment.

Share With: