LA Galaxy interessati f’Mario Balotelli

Il-club Amerikan ta’ LA Galaxy jinsabu interessati fl-attakkant internazzjonali Taljan Mario Balotelli. Dan tal-aħħar jinsab fl-aħħar ġimgħat ma’ Brescia u qed jittama li l-avventura li jmissu jilgħab fl-istaġun li ġej tkun ferm aħjar minn dik attwali.

Il-player ta’ 29 sena irritorna l-Italja minn Ligue 1 u s’issa kkontribwixxa għal ħames goals ma’ Le Rondinelle f’19-il partita.

Il-kontroversja ma naqsitx f’dan iż-żmien kemm ilu fil-belt min-naħa ta’ fuq tal-Italja tant li l-president Massimo Cellino stqarr li ddispjaċih li xtara lil dan il-player.

Barra LA Galaxy, qed jissemmew ukoll Vasco da Gama u Galatasaray li bejniethom se jikkontendu l-firma ta’ dan l-attakkant.

Share With: