“Le l-Prim Ministru mhux kapaċi jkeċċi lil Chris Cardona … għax beżżiegħ” – Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi

Id-Deputat Nazzjonalista, Jason Azzopardi fil-ħin tal-aġġornament iddikjara li “le, il-Prim Ministru mhux kapaċi jkeċċi lil Chris Cardona minn Deputat Mexxej. Hemm xi ħaġa li lil Chris Cardona jibża’ minnu. Qed jipprendih. Dan għax forsi jaf xi ħaġa fuqu. Għax jaf sa fejn jasal Chris Cardona. Sa issa l-ittra tar-riżenja għadha ma waslitx. Issa jekk hix inkejja, pika jew xi ħaġa akbar għadna ma nafux. Hi xi ħaġa ta’ tħassib u inkwiet li jkollok il-Kap tal-Gvern  li ma jistax jieħu azzjoni. Il-Partit Laburista illi ftit qabel l-elezzjoni tas-sena 2013, Joseph Muscat kien qabad u keċċa b’mod diżonest lid-Deputat Mexxej tiegħu. Li nista’ ngħid fuq Anglu Farrugia hu li hu bniedem ta’ integrità u onesta allavolja ma naqbilx miegħu. Dan imma qatt ma resaq lejn id-drenaġġ li qed nisimgħu bih bħalissa”.

Saħaq li “l-Prim Ministru mhux kapaċi jgħid li jien irrid inkeċċih. Mhux kapaċi għax beżżiegħ.  Lili  mhux se ssiktni. L-ibbuljar uriet mad-Deputat Mexxej tiegħek li jagħmilha mal-kriminali, ma’ dawk li jagħmlu l-bombi. Qatt ma smajna li deputat mexxej iħallas il-flus biex tinqatel ġurnalista. Sakemm inkun b’saħħti se nibqa’ nissielet biex il-ġustizzja kollha ssir”.

Share With: