Leonardo Bonucci: L-esperjenza ta’ Milan għallmitni ħafna

Id-difensur ta’ Juventus Leonardo Bonucci stqarr li l-esperjenza qasira li kellu ma’ Milan għenitu jimmatura ferm kemm bħala bniedem kif ukoll bħala plejer.

Id-difensur veteran Taljan kien qed jitkellem dwar dik l-esperjenza partikolari fejn wara li fl-istaġun 2016-17 kellu xi jgħid mal-coach ta’ Juventus ta’ dak iż-żmien, Massimiliano Allegri, iddeċieda li jqatta’ l-karti mal-Bianconeri. 

Bonucci iddeskriva l-esperjenza ma’ Milan bħala waħda ferm diffiċli fejn irrealizza li wara sena xtaq jerġa’ jmur lura f’Turin.

Minkejja kollox, id-difensur internazzjonali Taljan jirrikonoxxi li ltaqa’ ma’ mumenti pożittivi f’din l-avventura qasira, fejn semma’ lill-coach, Gennaro Gattuso, bħala ġentlom kbir.

Share With: