Lille iridu €80 miljun għal Victor Osimhen
Id-direttur sportiv ta’ Lille kellem lil dak ta’ Napoli, Cristiano Giuntoli, u ffissa l-prezz ta’ €80 miljun biex il-Partenopei jaslu għall-akkwist tal-attakkant Viktor Osimhen.
Rapporti qed isostnu li Napoli jinsabu favoriti li jiksbu lil dan l-attakkant prolifiku iżda s-somma hija waħda kbira.
Osimhen għandu 21 sena u matul dan l-istaġun skorja 18-il goal ma’ Lille filwaqt li kkontribwixxa għal sitt assists.
Fil-veritá skont rapporti li ħerġin mill-mezzi tax-xandir Franċiżi, Lille ftit jixtiequ jitilfu lil dan il-player li ġie akkwistat matul is-sajf li għadda għall-prezz ta’ €12-il miljun mingħand Charleroi.
Min-naħa ta’ Osimhen, dan jinsab eċċitat li jmur jilgħab fis-Serie A Taljana għalkemm ħalla f’idejn l-aġent tiegħu biex jasal għall-ftehim finali.