Lucas Paqueta jispikka fit-taħriġ

Hekk kif AC Milan qed jippreparaw ruħhom għat-tieni leg tas-semi-finali tal-Coppa Italia kontra Juventus, il-midfielder Brażiljan, Lucas Paqueta, spikka ferm fil-partita ta’ wara s-sessjoni ta’ taħriġ li l-coach Stefano Pioli organizza bejn il-player li normalment jilagħbu kontra r-riservi. F’din il-partitella, kif imdorrijin isejħulha t-Taljani, Paqueta irnexxielu jsib ix-xibka darbtejn filwaqt li pprovda żewġ assists lejn sħabu.

Il-player ta’ 22 sena deher ferm motivat u lest biex jimpressjona wara perjodu ta’ lockdown partikolari għalih bit-twelid ta’ ibnu Benicio. 

L-għan ta’ Paqueta huwa li jirbaħ postu fl-ewwel 11 tar-Rossoneri għal din l-aħħar parti tal-kampjonat u eventwalment jikkonvinċi lill-coach Stefano Pioli. 

Fl-istess waqt, Paqueta mhux jaħseb fuq il-futur tiegħu hekk kif bħalissa jinsab iffukat biex jgħin lit-tim tiegħu jikseb post fil-UEFA Europa League. 

Share With: