Lufthansa tħabbar li għandha mat-22,000 ħaddiem żejjed… il-ħaddiema f’Malta mhux affettwati

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-kriżi kbira li laqtet lis-settur tal-avjazzjoni waqt il-COVID-19 affettwat bil-kbir lil-linja tal-ajru Lufthansa. Fil-fatt, il-grupp ikkonferma li għandu mat-22,000 ħaddiem li huma żejda. 

inewsmalta staqsiet dwar dan u tista’ tikkonferma li din il-kriżi s’issa ma affettwatx lill-ħaddiema f’Malta. Jidher li l-unika problemi li kellhom il-ħaddiema f’pajjiżna kienet minħabba li l-ajruport jinsab magħluq u issa li se jinfetaħ għandu jerġa’ lura għan-normal. 

Min-naħa l-oħra, is-sitwazzjoni madwar id-dinja mhix daqstant tajba, hekk kif il-grupp diġà informa lir-rappreżentanti tal-unjins u ta informazzjoni lill-kunsilli tax-xogħol u spjega fil-Kumitat Ekonomiku tal-Grupp dwar kif inhi s-sitwazzjoni. 

Dan in-numru ta’ ħaddiema żejda hu wieħed mill-akbar fis-settur tal-avjazzjoni. Jidher li dan it-tnaqqis ta’ ħaddiema se jibqa’ anke wara l-kriżi, filwaqt li jista’ wkoll jikber aktar. 

Fil-grupp ta’ Lufthansa, il-ħaddiema żejda huma mqassmin hekk:

  • Linja tal-ajru – 600 pilota; 2,600 flight attendant; 1,500 ħaddiema fuq l-art; 1,400 ħaddiem fil-kwartieri ġenerali u fl-amministrazzjoni
  • Lufthansa Cargo – 500 post tax-xogħol
  • Eurowings – 300 xogħol amministrattiv
  • Austrian Airlines – 1,100 post tax-xogħol
  • Brussels Airlines – 1,100 post tax-xogħol
  • Germanwings – mhux se terġa’ tibda bit-titjiriet
  • Lufthansa Technik – madwar 4,500 ħaddiema globali – 2,500 minnhom fil-Ġermanja
  • Negozju tal-Catering ta’ LSG Group – 8,300 post tax-xogħol madwar id-dinja – 1,500 minnhom fil-Ġermanja. 
Share With: