Man City se jġorru l-motto Black Lives Matter

Fil-logħba li Manchester City lagħbu kontra Arsenal, partita valida mit-30 ġurnata tal-kampjonat Premier Ingliż, il-players fl-iskwadra tas-City dehru bil-flokk normali tagħhom iżda mal-ġenb kien hemm is-sentenza Black Lives Matter b’riferiment għal dak li ġara ftit tal-ġranet ilu bil-qtil barbaru ta’ George Floyd fl-Istati Uniti.

Kienet inizjattiva personali tal-attakkant ta’ Manchester City Raheem Sterling li ried li t-team tiegħu juża’ dan il-motto tant sinjifikattiv li fih qed iwassal messaġġ qawwi kontra r-razziżmu.

F’dawn l-aħħar sigħat, l-ogħla awtoritajiet tal-club ħabbru li se jkunu qed iżommu dan il-motto sal-aħħar ta’ dan l-istaġun għax skond huma importanti li dan il-messaġġ ikompli jitkattar dejjem aktar.

Share With: