Manchester United se jirtiraw għall-firma ta’ Jadon Sancho

Manchester United se jkunu qed jirrifjutaw li jħallsu iktar minn £50 miljun għal Jadon Sancho u jidhru li mhux se jkunu f’pożizzjoni li jakkwistaw lil dan il-player ta’ Borussia Dortmund.

Il-club Ġermaniż qed jitlob somma ta’ iktar minn £100 miljun għall-player internazzjonali Ingliż bir-Red Devils ilhom juru interess f’dan il-player ta’ 20 sena.

Matul dan l-istaġun, s’issa Sancho skorja 20 goal u pprovda 19-il assist fil-kompetizzjonijiet kollha.

Matul il-ġurnata tat-Tnejn, Borussia Dortmund, infurmaw lis-suq tal-ishma Ġermaniż li l-fatt li l-partiti qed jintagħbu bil-bibien magħluqa se jkun qed ifisser telf finanzjarju ta’ £41 miljun.

Dan jista’ jfisser mezz ta’ tama għal Man Utd hekk kif jista’ jfisser li Borussia Dortmund jistgħu jneħħu xi players minn tagħhom fosthom lil Jadon Sancho bi prezz ridott.

Is-suq tat-trasferimenti fil-Ġermanja jiftaħ f’Lulju iżda jidher ferm improbabbli li Dortmund se jkunu f’pożizzjoni li jħallu lil Sancho jitlaq għal nofs is-somma mitluba minnhom u b’hekk jakkomodaw lil Manchester United.

Sancho ingħaqad mal-ġganti Ġermaniż għal  £8 miljuni mingħand Manchester City fl-2017 u minn dakinhar sar wieħed mill-aqwa players tagħhom.

Share With: