Marco Storari bi rwol amministrattiv ma’ Juventus
L-ex goalkeeper Taljan Marco Storari se jkun qed jirritorna ma’ Juventus peró fi rwol amministrattiv.
Il-ftehim bejn iż-żewġ partijiet hu imminenti u dan kollu għandu jitħabbar fil-jiem li ġejjin.
Storari għandu 42 sena u sentejn ilu iddeċieda li jdendel l-ingwanti tal-goalkeeper wara esperjenzi ma’ Cagliari u AC Milan.
Huwa libes il-flokk ta’ Juventus bejn l-2010 u l-2015 u magħhom lagħab 64 partita. Ħafna drabi hu kien il-goalkeeper ta’ riserva fejn kien jibdel lil Gianluigi Buffon meta kien ikun hemm bżonn.
Fil-karriera tiegħu Storari libes ukoll il-flokkijiet ta’ Perugia, Ancona, Napoli, Messina, Levante u Sampdoria.