Maurizio Sarri jammetti li żbalja fis-sostituzzjonijiet

“Kont xi ftit eċċitat bl-idea ta’ ħames sostitutizzjoni u naħseb li eżaġerajt.” Din kienet id-dikjarazzjoni li ta l-coach ta’ Juventus Maurizio Sarri minuti wara l-partita mit-tieni leg tal-Coppa Italia fejn il-Bianconeri għaddew għall-finali wara draw ta’ mingħajr goals kontra Milan.

Juventus għaddew għal din il-partita deċiżiva bir-regola tal-goal away jgħodd doppju.

Skond Sarri, wara t-tliet sostituzzjonijiet konsekuttivi ta’ Adrien Rabiot, Federico Bernardeschi u Sami Khedira flok Miralem Pjanic, Blaise Matuidi u Douglas Costa fit-63 minuta, kienu eċċessivi minħabba l-fatt li tgerfex xi ftit il-pjan tattiku tiegħu.

L-ex coach ta’ Chelsea u Napoli kien onest fl-analiżi tiegħu u qal li t-team ma lagħabx xi logħba ta’ barra minn hawn għalkemm qal li hu normali li wara tliet xhur il-livell għadu qed jinbena.

Dwar Cristiano Ronaldo u l-penalty li falla, Sarri qal li dawn huma affarijiet li jiġru fil-football.

Share With: