Merih Demiral fiduċjuż ma’ Juventus

Id-difensur żagħżugħ Tork, Merih Demiral, mistenni jirritorna ma’ Juventus fi żmien mhux daqstant ‘il bogħod.

Fil-bidu ta’ dan l-istaġun, Demiral kien qed jibda b’mod regolari fl-ewwel ħdax tal-Bianconeri speċjalment bin-nuqqas ta’ Chiellini iżda wara injury li sofra fl-ACL, l-affarijiet inbidlu mil-lejl għan-nhar għal dan il-player ta’ 22 sena. B’xorti tajba għalih il-waqfa sfurzata tal-Covid-19 tatu ċ-ċans jirkupra sew u għalhekk jaf jiġi għad-dispożizzjoni tal-coach Maurizio Sarri fil-ġimgħat li ġejjin. 

Demiral qal li qed jaħdem ħafna mal-fiżjoterapista tiegħu sabiex jirritorna ma jdumx minħabba li qed iħoss sew in-nuqqas tal-logħob.

Dan il-player mit-Turkija ingħaqad ma’ Juventus fil-bidu ta’ dan l-istaġun mingħand Sassuolo u skorja goal wieħed f’ħames logħbiet. 

Share With: