“Mhu se nħalli lil ħadd iħammiġni … gidba malafamanti dak li qal Jason Azzopardi”

L-eks Prim Ministru Joseph Muscat f’intervent fil-Parlament iddikjara li “llum assistejt għal aktar lingwaġġ diżgustanti u abbuż tal-privileġġ Parlamentari. Illum id-Deputat Jason Azzopardi għamel gidba u malafamanti. Din hi bla bażi. Hu qal li d-deċizjoni ta’ Joseph Muscat li jsejjaħ elezzjoni ma kinitx Egrant iżda kienet l-għarfien ta’ Joseph Muscat flimkien mal-kompliċi tiegħu, għax kien jaf li hemm pjan u plott biex tinqatel Daphne Caruana Galizia.  Qed jiġi allegat li jien b’xi mod kont naf bil-plot tal-qtil. Dan ma jirriżulta minn imkien. L-ebda livell ta’ skontru politiku bniedem ma jiġi mċappas b’dan il-mod. Din hi fantasija bla sens tal-onorevoli membru. Jista’ jgħajjar li jrid, imma ħadd mhu se jħammiġni b’xi ħaġa bħal din. Hu l-istess onorevoli membru li lili bgħatli messaġġi permezz ta’ terzi biex ma nattakkahx fuq kwistjonijiet personali. Jien l-uniku Prim Ministru li taħti ġie solvut każ ta’ qtil.”

Hu talab ruling mill-ispeaker dwar ksur ta’ privileġġ.

Share With: