Milan interessati f’Tomas Araujo

Bħalissa AC Milan qed ifittxu talenti ġodda biex ikunu parti mill-istaġun li ġej. It-team min-naħa ta’ fuq tal-Italja qed jaħdem ukoll fuq rivoluzzjoni fl-iskwadra b’diversi players li mistennija jitilqu u oħrajn li jiġu.

Fost ħafna players żgħażagħ li qed jiġu evalwati, żdied isem ieħor u dan huwa d-difensur ta’ Benfica, Tomas Lemos Araujo. Dan tal-aħħar għandu 18-il sena u sar għażla regolari tat-team Portugiż immexxi minn Bruno Lage.

Araujo huwa l-captain tat-team taż-żgħażagħ ta’ Benfica kif ukoll tat-team nazzjonali ta’ Taħt id-19-il sena. Il-kuntratt tiegħu ma’ Benfica jiskadi f’Ġunju tas-sena d-dieħla bir-Rossoneri li se jippruvaw joffrulu kuntratt attraenti. Sadanittant anke Inter qed jidhru interessati f’dan il-player.

Share With: