Mill-ġimgħa li ġejja l-Gvern se jqassam l-vouchers ta’ €100

Investiment dirett li se jgħin madwar 25,000 negozju

Ritratt – ALAN SALIBA

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri, ħabbar li matul il-ġimgħa li ġejja se jkunu qed jitqassmu l-vouchers ta’ €100 lil kull min għandu 16-il sena ‘l fuq. Permezz ta’ dawn il-vouchers, 25,000 negozju se jkunu qed jibbenifikaw, hekk kif l-għan aħħari ta’ dawn il-vouchers huwa li jressaq lill-pubbliku lura għall-ħajja normali qabel il-pandemija COVID-19.

Il-Ministru Schembri ħabbar li minn għada, kull negozju se jkun qed jirċievi ittra b’activation code fiha. Permezz ta’ dan il-kodiċi n-nies se jkunu jistgħu jsarrfu dawn il-vouchers.

€80 tal-voucher se jkun jista jintefaq f’lukandi jew restoranti, filwaqt li l-kumplament, jiġifieri l-€20, se jkunu jistgħu jintefqu fi ħwienet li matul il-COVID-19 kellhom jagħlqu l-bibien tagħhom.

Share With: