Mill-inqas persuna tinqatel u 11 oħrajn jindarbu fi sparatura f’Minneapolis

Mill-inqas persuna waħda nqatlet u 11 oħrajn sfaw mifrubin fi sparatura li seħħet kmieni dalgħodu f’Minneapolis.

L-isparatura seħħet fiż-żona ta’ Uptown Minneapolis, rinomata bħala distrett kummerċjali.

Fil-bidu ta’ dan ix-xahar l-istat ta’ Minnesota neħħa r-restrizzjonijiet imposti minħabba l-pandemija tal-Covid-19 li kienu jitolbu li bars u ristoranti jibqgħu magħluqin.

Iż-żona tinstab madwar tliet kilometri ’l bogħod miż-żonna kummerċjali u d-distrett milqut mill-irvellijiet wara l-mewt ta’ George Floyd nhar il-25 ta’ Mejju li għadda. Floyd kien miet wara li safa arrestat mill-pulizija ta’ Minneapolis.

Share With: