Mill-Kunsill tal-MFA – Abolita s-sistema tal-parametri

Il-Malta Football Association flimkien ma’ l-Istanding Committees tad-diviżjonijiet kollha ħarġu stqarrija biex jesprimu s-sodisfazzjon tagħhom għad-deċiżjoni rigward l-emendi importanti għar-regolamenti tal- Istatus and Transfers of Players wara li ġew approvati waqt laqgħa tal-Kunsill tal-MFA permezz ta’ video-conference li saret proprju nhar it-Tnejn wara nofs in-nhar. 

It-tneħħija tat-tariffi tat-trasferimenti għal players li jkun intemmilhom il-kuntratt, preċedentement stabbi­liti permezz ta’ sistema tal-parametri, hija fost l-aktar emendi li ġew approvati una­nimament waqt il-laqgħa … mument importanti għall-football Malti.

Dan huwa l-qofol ta‘ proċess twil ta’ konsultaz­zjoni li jkopri bosta snin u li jinvolvi msieħba interessati kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment, inklużi  l-FIFA, l-UEFA, FIFPro, l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Clubs (ECA) u l-Kampjonati Ew­ropej.

Lokalment, ħafna mid-diskussjonijiet saru matul laqgħat regolari tal-Kumitat għad-Djalogu Soċjali li huwa kompost minn rappreżentanti tal-clubs (min iħaddem) u l-players (impjegati).

Dan il-proċess ġie wkoll finalizzat fiż-żmien stipulat issettjat mill-FIFA f’rapport ta’ evalwazzjoni li ntbagħat lill-MFA ftit tax-xhur ilu.

It-tibdiliet prinċipali li jikkonċernaw lill- players professjonali jinkludu:

– Moviment liberu għall-players professjo­nali li jkunu mingħajr kuntratt.

– Il-parametri tat-trasferimenti ġew aboliti.

– Il-lista tat-trasferimenti tneħħiet.

– Tnaqqis fil-ko-effiċjenti tal-kumpens tat-taħ­riġ.

– Armonizzazzjoni mar-regolazzjonijiet tal- FIFA.

It-tibdiliet prinċipali li jikkonċernaw lill- players amateur jinkludu:

– It-tneħħija tal-kumpens tan-nursery.

– Il-parametri ġew aboliti.

– It-tneħħija tal-lista tat-trasferimenti.

– Il-kumpens tat-taħriġ li jiġi mħallas qabel l-ewwel reġistrazzjoni bħala professjonali.

– Players ta’ iktar minn 19-il sena fi tmiem il-perjodu ta’ reġistrazzjoni obbligatorja għand­hom sal-31 ta’ Lulju biex jitolbu li jiġu rilaxxati/reġistrati ma’ club ieħor.

Barra minn hekk, fl-istess laqgħa tal-Kunsill ġie deċiż li l-Kampjonat Premier se jingħata bidu fil-11 ta’ Settembru li ġej u se jintemm fil-25 ta’ April.

Share With: