MPT

Minn għada aktar passiġġiera se jkunu permessi fuq tal-linja

Linji gwida li xorta waħda jridu jkunu mħarsa

Minn għada, Iktar passiġġiera se jkunu permessi fuq tal-linja, wara li se jonqsu r-restrizzjonijiet marbuta mal-COVID 19. Ix-xufiera se jerġgħu jibdew iħallu passiġġiera bil-wieqfa. Il-Malta Public Transport se twaħħal stikers mal-art biex juru lill-passiġġiera fejn jistgħu joqogħdu waqt li jirrispettaw id-distanza.

Minbarra li nxtegħlet l-arja kundizzjonata fuq il-karozzi tal-linja, għadhom japplikaw numru ta’ miżuri fosthom li l-passiġġiera għandhom jilbsu maskra matul il-vjaġġ kollu, kif ukoll waqt li qegħdin jistennew fuq il-waqfiet. Il-passiġġiera għandhom iżommu d-distanza ta’ żewġ metri meta jkunu fil-kju. Il-passiġġiera huma mħeġġa jużaw it-tallinja card.

Share With: