Mohamed Salah jilħaq il-ħolma tiegħu

L-attakkant internazzjonali Eġizzjan Mohammed Salah wera s-sodisfazzjon tiegħu wara r-rebħa li Chelsea kellhom fuq Manchester City bl-iskor ta’ 2-1. Dawn it-tliet punti tal-Blues kienu jfissru li t-team minn Manchester ma setax jilħaq lil Liverpool fil-klassifika u b’hekk aċċertaw ruħhom mir-rebħ tal-kampjonat Premier Ingliż. Il-player ta’ 28 sena kien fost l-iskorers għar-Reds fir-rebħa kbira ta’ 4-0 fuq kontra Crystal Palace.

Salah sostna li dan kien kampjonat fantastiku għalihom u li laħqu sew l-għan tagħhom. Huwa żvela li waħda mill-ħolmiet li kellu kien dak li jikseb suċċess f’dan il-kampjonat hekk prestiġjuż. 

Share With: