Napoli wara Michal Karbownik
Napoli xeħtu ħarsithom lejn id-difensur ta’ Legia Warsaw Michal Karbownik. Dan tal-aħħar għad għandu 19-il sena u qed jimpressjona ferm fil-kampjonat Pollakk bil-ħiliet tiegħu difensivi tant li l-coach ta’ Legia, Alexander Vukovic, sejjaħlu bħala difensur versatili li jista’ jilgħab f’kull parti tal-ground.
Karbownik iffirma kuntratt professjonali ftit tax-xhur ilu li jorbtu mat-team mill-belt ta’ Varsavja sa Ġunju 2024.
Matul dan l-istaġun qabel il-waqfa sfurzata l-player żagħżugħ ipprova sitt assists f’21 dehra fil-kampjonat Pollakk imsejjaħ Ekstraklasa. Huwa beda bħala player f’nofs il-ground iżda wara ftit induna li bħala difensur kien qed jispikka aktar.
Napoli għandhom konnessjoni kbira ma’ players Pollakki wara li kienu akkwistaw ukoll lil Arkadiusz Milik u Piotr Zielinski.