Ole Gunnar Solskjaer ifaħħar lil Marcus Rashford

Il-coach ta’ Manchester United, Ole Gunnar Solskjaer, faħħar lill-attakkant żagħżugħ Marcus Rashford li wettaq diversi atti ta’ karitá ma’ dawk il-familji milquta direttament mill-pandemija tal-Covid-19.

Il-kowċ Norveġiż qal li fi żmien il-lockdown ħa pjaċir jara dawn l-inizjattivi li Rashford wettaq minn rajh biex jara persuni partikolarment tfal li kellhom ħafna affarijiet neqsin f’dan iż-żmien diffiċli.

Rashford irnexxielu saħansitra jikkonvinċi lill-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, sabiex jgħinu lil dawk it-tfal li jinsabu f’sitwazzjoni ta’ faqar.

Solskjaer qal li Rashford immatura ħafna u dan kollu qed jgħinu biex ikun mudell għal dawk it-tfal li jqisuh l-idolu tagħhom.

Share With: