“Ommi kienet iċ-ċavetta … bis-saħħa tagħha se nkompli nħares ’il quddiem”

Fl-aħħar sigħat Owen Leuellen ħa mument biex jirringrazzja persuna speċjali li qal li kienet “iċ-ċavetta” għall-karriera mużikali tiegħu. Lil ommu Rita.

Il-kantant qal li hi dejjem kienet hemm għalihom anke jekk il-vjaġġ ma kienx wieħed ward u żahar. Qal li hi dejjem għallmitu li jrid ikun b’saħħtu ħafna biex ikun kapaċi jegħleb kull sfida li tipprova tostakolalu triqtu lejn il-ħolm tiegħu. Qal li bis-saħħa tagħha llum wasal fejn wasal u li se jkun qiegħed jaħdem fuq il-pass li jmiss fil-karriera tiegħu.

Huwa temm isaħħaħ l-argument tiegħu u qal li ċertament mingħajr is-sapport u l-eżempju tagħha ċertament ma kienx se jasal s’hawn.

Owen Leuellen irnexxielu jirbaħ is-simpatija ta’ ħafna Maltin u Għawdxin meta fl-ewwel edizzjoni tal-X Factor Malta klassifika fit-tieni post.

Share With: