Papu Gomez joħlom li jista’ jirbaħ l-UEFA Champions League

L-attakkant ta’ Atalanta, Papu Gomez, qal li issa li jinsabu fl-aħħar tmien timijiet tal-UEFA Champions League, huma wkoll jinsabu biċ-ċans li jirbħu din il-kompetizzjoni.

Gomez kien qed jitkellem b’dan il-mod hekk kif il-UEFA għandha pjan biex f’Awwissu li ġej, il-logħbiet mill-kwarti tal-finali ‘l hemm isiru f’belt u ground wieħed newtrali sabiex tpoġġi l-logħbiet li fadal f’żona waħda u jiġi evitat vjaġġar bla bżonn. 

L-attakkant Arġentin ta’ Atalanta li hu wieħed mill-istilel tat-team li spikka matul dan l-istaġun. Hu qal li jixtieq li La Dea jiltaqgħu kontra Barcelona, wieħed mit-timijiet favoriti tiegħu.

Hu temm jgħid li l-ħolm jaf isir realtá u issa li waslu sa din il-fażi se jippruvaw jaslu sal-aħħar kemm jistgħu f’din il-kompetizzjoni prestiġjuża.

Share With: