Paulo Dybala ħerqan għal-logħba kontra Milan

L-istilla ta’ Juventus Paulo Dybala ammetta li l-kundizzjoni fiżika tiegħu għadha mhux mija fil-mija wara battalja twila kontra l-coronavirus li żammitu ġewwa għal madwar 45 ġurnata.

Meta kien qed jitkellem fuq il-pjattaforma diġitali Instagram, il-player internazzjonali Arġentin qal li mhux faċli tirritorna fil-ground wara sensiela ta’ ġranet ta’ qtigħ il-qalb għalkemm ammetta li n-numru ta’ logħbiet li għandu ma’ Juventus se jqanqluh sabiex jagħti l-aqwa tiegħu.

Hu qal li l-logħba kontra Milan ta’ nhar il-Ġimgħa li ġej hi waħda speċjali għalih minħabba li jfisser ritorn għal aktar normalitá wara kważi tliet xhur mingħajr football.

Dybala tkellem ukoll fuq il-futur tiegħu fejn qal li ma jarah mal-ebda club jekk mhux ma’ Juventus.

Share With: