Pierre Kalulu viċin li jingħaqad ma’ Milan?

Id-difensur ta’ Olympique Lyon, Pierre Kalulu, jinsab viċin li jingħaqad ma’ AC Milan. Huwa  għandu 20 sena u spikka ferm mat-team li jilgħab fil-Ligue Franċiża. L-iscouts tar-Rossoneri li ilhom isegwuh sa mill-bidu ta’ dan l-istaġun  infurmaw lill-ogħla diriġenti tal-club sabiex imorru għalih.

Id-direttur sportiv ta’ Milan, Paolo Maldini, qed jibda n-negozjati ma’ dak ta’ Lyon fit-tentattiv li jaslu għal dan il-plejer żagħżugħ.

Kalulu hu membru regolari fit-tim nazzjonali Franċiż ta’ taħt il-21 sena tant li lagħab tmien darbiet magħhom.

Barra AC Milan, anke Bayern Munich jinsabu interessati f’dan il-player għalkemm il-club min-naħa ta’ fuq tal-Italja jibqa’ l-preferenza ewlenija tiegħu.

Share With: