Players ta’ Fiorentina jaċċettaw tnaqqis fis-salarju

ACF Fiorentina laħqu ftehim mal-players tagħhom biex ikun hemm tnaqqis fis-salarju tagħhom għal dawn l-aħħar ġimgħat tal-istaġun 2019/20. Dan kollu kien qed isir minħabba li l-pandemija tal-Covid-19 u l-waqfa eventwali għal madwar tliet xhur naqqsulhom il-fondi li jidħlu mill-isponsors tal-club.

F’laqgħa li kellu mal-players, il-president Rocco Commisso spjega li dan kollu qed jagħmlu kontra qalbu iżda dan kollu kien hemm bżonnu minħabba li ma jridx iħalli ħafna dejn fil-club qabel tmiem l-istaġun 2019/20.

B’hekk players, coaches u membri tal-istaff aċċettaw tnaqqis fis-salarju tagħhom biex se jkunu qed jgħinu lil Commisso u sħabhom li għaddew minn mumenti xejn faċli f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Share With: