Pochettino Jr iġedded ma’ Tottenham

Pochettino se jġedded il-kuntratt ma’ Tottenham Hotspur. Hekk kien it-titli fil-ġurnali Ingliżi. Minkejja kollox, ħafna segwaċi tal-football kienu xi ftit imħawda minħabba li ħasbu li kien hemm xi żball.

Fil-veritá,  il-player li kienu qed jirreferu għalih kien Maurizio Pochettino, it-tifel tal-ex manager ta’ Tottenham Mauricio. Minkejja li missieru ġie mneħħi mill-kariga ftit tax-xhur ilu, Maurizio Junior qed iħalli impressjoni tajba mat-team taż-żgħażagħ ta’ Spurs u mhux ta’ b’xejn li l-ogħla diriġenza tal-club minn Londra ħasbet biex tagħtih kuntratt professjonali.

Iben Pochettino deher ferm kuntent b’dan it-tiġdid li jfisser aktar snin jilgħab fit-Tottenham Stadium.

Share With: