Prekawzjonijiet biex isiru t-testijiet għal-liċenzja tas-sewqan

Prekawzjonijiet ġodda għat-test prattiku għal-liċenzja tas- sewqan tal-karozza (kategorija B). F’informazzjoni maħruġa aktar kmieni minn Transport Malta ntqal li l-eżamijiet kemm prattiċi u dawk tat-teorija għal-liċenzja tas-sewqan qegħdin ikomplu b’numru ta’ prekawzjonijiet ġodda:

  • Fil-vettura għandu jkun hemm biss l-istudent/a u l-eżaminatur
  • l-għalliem għandu jidiżinfetta l-karozza qabel kull eżami
  • it-twieqi jibqgħu miftuħin
  • jintlibsu l-visor jew il-maskra
  • jittieħdu t-temperaturi tal-kandidati u l-għalliema qabel l-eżami

Share With: