Professur jgħid li l-imwiet fir-Renju Unit setgħu tnaqqsu bin-nofs kieku l-lockdown beda ġimgħa qabel

Li kieku ddaħħlu l-miżuri ġimgħa qabel l-imwiet fir-Renju Unit setgħu tnaqqsu bin-nofs. Neil Ferguson, Professur minn Imperial College f’Londra tkellem mal-kumitat tax-Xjenza u t-Tekonoloġija. Huwa qal li l-epidemija kienet qiegħda tirdoppja kull tlieta jew erbat ijiem qabel tħabbru l-miżuri tal-lockdown.

Ferguson qal li b’hekk li kieku l-miżuri tal-lockdown ġew introdotti ġimgħa qabel, ir-rata ta’ mwiet setgħet tnaqqset “mil-lanqas bin-nofs”.

Ferguson qal li skont rapporti li dehru llum stess, fl-ewwel ġimagħtejn ta’ Marzu qabel daħal fis-seħħ il-lockdown kien hemm bejn 1,500 u 2,000 infezzjoni impurtati mill-Italja u minn Spanja. Qal li dawn ma kinux ġew interċettati fl-ittestjar li kien qed isir f’dak l-istadju.

Huwa żied jgħid li t-tieni problema fil-pajjiż kienet l-protezzjoni tal-vulnerabbli. Huwa qal li dan wassal biex ir-rata ta’ infezzjoni f’dawn il-persuni li jiffurmaw parti mill-gruppi vulnerabbli hija madwar erba’ darbiet aktar minn dik fil-pubbliku inġenerali.

Share With: